Operazzjoni ta’ pproċessar: is-Sit Web tal-Bauhaus Ewropew Ġdid u s-servizzi elettroniċi
Kontrollur tad-Data: JRC.01 Bauhaus Ewropew Ġdid
Referenza tar-rekord: DPR-EC-00406.3
Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Kummissjoni”) hi impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u li tirrispetta l-privatezza tiegħek. Il-Kummissjoni tiġbor u tipproċessa iktar id-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).
Din l-istqarrija ta’ privatezza tispjega għaliex nipproċessaw id-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru u nittrattaw id-data personali kollha li tiġi pprovduta kif ukoll kif niżguraw il-protezzjoni tagħha, kif dik l-informazzjoni tintuża, u liema drittijiet għandek b’rabta mad-data personali tiegħek. Din tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li miegħu tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
L-informazzjoni relatata mal-operazzjoni ta’ pproċessar “Is-Sit Web tal-Bauhaus Ewropew Ġdid u s-servizzi elettroniċi” hi mwettqa mill-Unità tal-Bauhaus Ewropew Ġdid taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC.01), li jaġixxi bħala l-kontrollur tad-data.
Il-JRC.01 qed jimmaniġġja l-ipproċessar innifsu u jaġixxi bħala l-proċessur tad-data.
Il-biċċa l-kbira tas-sit web tal-Bauhaus Ewropew Ġdid hu aċċessibbli mingħajr l-għoti ta’ ebda informazzjoni personali. Madankollu, id-data personali hi meħtieġa fil-każijiet li ġejjin li dan ir-rekord għandu l-għan li jkopri.
A. Data personali ppubblikata fis-sit web tal-Bauhaus Ewropew Ġdid Id-data personali relatata ma’ attività jew avveniment speċifiku jew biex tikkomunika dwar kisbiet jew kontribuzzjonijiet għal attivitajiet u pubblikazzjonijiet xjentifiċi tal-Bauhaus Ewropew Ġdid.
B. Biex tipprovdi servizzi elettroniċi speċifiċi fis-sit web tal-Bauhaus Ewropew Ġdid
Servizz elettroniku fis-sit web tal-Bauhaus Ewropew Ġdid hu servizz jew riżorsa disponibbli fuq l-Internet sabiex tittejjeb il-komunikazzjoni fost iċ-ċittadini, in-negozji, l-akkademja u l-istituzzjonijiet pubbliċi nazzjonali u tal-UE.
Hemm żewġ tipi ta’ servizzi elettroniċi li jistgħu jiġu offruti:
- servizzi ta’ informazzjoni li jipprovdu lin-nies, il-media, in-negozji, l-amministrazzjonijiet u lil oħrajn b’aċċess sikur għall-informazzjoni.
- servizzi ta’ komunikazzjoni interattivi (komunikazzjonijiet lill-utenti, distribuzzjoni ta’ rapporti, kondiviżjoni ta’ informazzjoni fi ħdan gruppi ta’ interess eċċ.) li jippermettu kuntatt aħjar man-nies, in-negozju, is-soċjetà ċivili u l-korpi pubbliċi, sabiex jiġu ffaċilitati t-tfassil, l-iżvilupp, il-konsultazzjonijiet u l-feedback dwar il-politika.
Id-data personali tiegħek mhix se tintuża għal teħid awtomatiku ta’ deċiżjonijiet, inkluż it-tfassil ta’ profili.
Aħna nipproċessaw id-data personali tiegħek, billi, skont l-Artikolu 5(1)(d), inti tajt il-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek għal fini speċifiku wieħed jew aktar. Ir-reġistrazzjoni tas-suġġetti tad-data biex jaċċessaw is-servizzi elettroniċi hija purament fuq bażi volontarja. Il-persuni kkonċernati taw il-kunsens tagħhom mingħajr ambigwità (l-Art. 5 (d) tar-Regolament (UE) 2018/1725).
Ma nipproċessawx kategoriji speċjali ta’ data personali, għalhekk l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1725 ma japplikax.
It-tip ta’ informazzjoni personali li niġbru jiddependi fuq kif qed tinteraġixxi b’mod speċifiku magħna u liema servizzi qed tuża. Ġeneralment, niġbru l-kategoriji ta’ informazzjoni personali li ġejjin:
A. Data personali ppubblikata fis-sit web tal-Bauhaus Ewropew Ġdid
L-oqsma tad-data li ġejjin jistgħu jiġu ppubblikati fis-sit web tal-Bauhaus Ewropew Ġdid
- Informazzjoni ta’ Kuntatt: isem u/jew kunjom, sit web personali, profil tal-media soċjali personali.
- Edukazzjoni, informazzjoni professjonali: edukazzjoni, impjegatur, titlu tal-impjieg/funzjoni ma’ organizzazzjoni, affiljazzjoni preċedenti, bijografija qasira, curriculum vitae (CV), deskrizzjoni tal-impjieg kurrenti, pubblikazzjonijiet xjentifiċi.
- Ritratt tiegħek: ritratti, video, vuċi.
B. Utenti tas-servizzi elettroniċi tal-Bauhaus Ewropew Ġdid
Biex nipprovduk bl-aċċess għas-servizz elettroniku l-JRC jiġbor id-data personali li ġejja, jew b’formola ta’ reġistrazzjoni online ddedikata, b’komunikazzjoni bl-email jew bis-Servizz ta’ Awtentikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (EU Login):
- Informazzjoni ta’ Kuntatt: isem u/jew kunjom, psewdonimu, sit web personali u/jew link għal sit web professjonali/personali jew profil tal-media soċjali professjonali/personali.
- Informazzjoni demografika: lingwa li tippreferi, lingwa prestabbilita.
- Edukazzjoni, informazzjoni professjonali: edukazzjoni, isem tal-impjegatur/tal-organizzazzjoni, post tax-xogħol, pożizzjoni u/jew titlu tal-impjieg/funzjoni ma’ organizzazzjoni, affiljazzjoni preċedenti, bijografija qasira, curriculum vitae, deskrizzjoni tal-impjieg kurrenti, pubblikazzjonijiet xjentifiċi.
- Kontenut tal-Utent: oqsma ta’ interess, kontenut tal-komunikazzjonijiet, kummenti, feedback, u informazzjoni oħra li tibgħatilna meta tikkuntattjana jew li tippowstja permezz tas-servizzi elettroniċi tagħna (inkluża informazzjoni fit-twissijiet, noti u kondiviżjoni ta’ kontenut), format tad-distribuzzjoni tal-informazzjoni li tixtieq (bl-email jew le), dokumenti, pubblikazzjonijiet xjentifiċi, u kontribuzzjonijiet għal konverżazzjonijiet online fil-forma ta’ deskrizzjonijiet qosra u klassifikazzjoni ta’ proġetti assoċjati, ideat u sfidi rilevanti għall-Bauhaus Ewropew Ġdid.
- Ritratt tiegħek: ritratti, video, vuċi.
- L-apparat tiegħek: indirizz tal-Protokoll tal-Internet (IP).
C. Amministraturi tas-servizzi elettroniċi tal-JRC:
Id-data personali miġbura hi: isem, kunjom, affiljazzjoni, username tal-EU login u email.
D. Informazzjoni addizzjonali
Fil-każ tal-EU Login jista’ jinġabar in-numru tal-persunal tal-Kummissjoni, ċavetta unika u sħubija fi grupp.
Jistgħu jiġu stabbiliti wkoll username u password fl-ewwel reġistrazzjoni.
Billi tilloggja u taċċessa l-kont tiegħek, tkun qed tindika l-kunsens tiegħek għall-użu tad-data kif deskritt f’din l-istqarrija ta’ privatezza.
Is-servizz elettroniku jista’ jiġbor id-data addizzjonali li ġejja dwar kull utent:
- Data u ħin ta’,
- l-awtentikazzjoni li rnexxiet u li ma rnexxietx l-aktar reċenti.
- l-aħħar bidla fil-password.
- l-aħħar darba li ġiet risettjata l-password.
- Numru ta’ logins tajbin u tentattivi li fallew.
- Status tal-kont (jekk hux attiv, inattiv, eċċ.)
- Passwords reċenti – biex jiġi żgurat li qed issegwi l-politika tas-sigurtà prevalenti rigward l-użu mill-ġdid tal-password.
- Data ta’ sigurtà/log files.
Il-cookies huma mmaniġġjati skont il-politika korporattiva tal-Kummissjoni.
L-għoti tad-data personali tiegħek la huwa obbligatorju u lanqas meħtieġ sabiex jingħatalek aċċess għas-servizz elettroniku speċifiku pprovdut mis-sit web tal-Bauhaus Ewropew Ġdid.
A. Data personali ppubblikata fis-sit web tal-Bauhaus Ewropew Ġdid
Id-data personali tiegħek tinżamm għal massimu ta’ 4 snin, mid-data li fiha tissottometti l-kunsens tiegħek, bl-email jew bil-formola ta’ awtorizzazzjoni speċifika, biex tiġi ppubblikata d-data personali tiegħek fis-siti web tal-JRC. Għaż-żamma wara dak il-perjodu, tkun meħtieġa dikjarazzjoni ta’ kunsens imġedda mis-suġġett tad-data.
B. Data personali ppubblikata fis-servizzi elettroniċi tal-Bauhaus Ewropew Ġdid
Id-data personali tiegħek tinżamm sakemm ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-finijiet li għalihom tkun inġabret. Inħassru d-data personali tiegħek jekk ma tkunx għadha meħtieġa, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn sentejn wara inattività kontinwa jew fuq talba bl-email lill-proċessur tad-data.
Data addizzjonali miġbura li hija relatata mal-interazzjoni tiegħek mas-servizz elettroniku tal-JRC tinkludi:
- data ta’ sigurtà/log files, indirizz tal-Protokoll tal-Internet (IP), data u ħin tal-awtentikazzjoni, tal-bidla/tar-risettjar tal-password jew l-istatus tal-kont: maħżuna għal mhux aktar minn sena. Fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet relatati ma’ inċidenti ta’ sigurtà, id-data personali tista’ tiġi pproċessata aktar skont in-notifika DPO-3783-2 DIGIT Operazzjonijiet ta’ ċibersigurtà, fejn japplika perjodu ta’ żamma differenti.
L-utenti rreġistrati għandhom aċċess online dirett protett għall-profil tagħhom u jistgħu jaġġornaw l-informazzjoni tagħhom, jikkanċellaw ir-reġistrazzjoni tagħhom jew jitolbu li jħassru l-abbonament minn grupp ta' interess jew minn komunikazzjonijiet speċifiċi.
Il-limiti ta’ żmien taż-żamma tad-data fis-servizz ta’ awtentikazzjoni tal-EU Login huma ddefiniti fl-istqarrija ta’ privatezza tas-Servizz tal-Immaniġġjar tal-Identità u tal-Aċċess tal-Kummissjoni Ewropea (DPR-EC-03187.1).
C. Amministraturi tas-servizzi elettroniċi tal-JRC
Il-JRC.01 iżomm biss id-data personali tiegħek għaż-żmien li se tkun qed taħdem fis-sit web tal-Bauhaus Ewropew Ġdid bħala amministratur. Id-data personali tiegħek se titħassar meta ma tibqax taħdem fuq dawn l-attivitajiet/taħt dan ir-rwol speċifiku.
Id-data personali kollha f’format elettroniku (emails, dokumenti, bażijiet tad-data, lottijiet tad-data applowdjati, eċċ.) jinħażnu jew fuq is-servers tal-Kummissjoni Ewropea jew f’dawk tal-kuntratturi tagħha. L-operazzjonijiet ta’ pproċessar kollha jitwettqu skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.
Il-kuntratturi tal-Kummissjoni huma marbuta bi klawsola kuntrattwali speċifika għal kwalunkwe operazzjoni ta’ pproċessar tad-data tiegħek f’isem il-Kummissjoni, u bl-obbligi ta’ kunfidenzjalità li jirriżultaw mit-traspożizzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data fl-Istati Membri tal-UE (“RĠPD” ir-Regolament (UE) 2016/679).
Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ għadd ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il-miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju ta’ telf tad-data, it-tibdil tad-data jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li tkun qed tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzattivi jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali għal persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-finijiet ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar.
A. Data personali ppubblikata fis-sit web tal-Bauhaus Ewropew Ġdid
Id-data personali ppubblikata fis-sit web tal-Bauhaus Ewropew Ġdid tista’ tiġi aċċessata minn kwalunkwe persuna fid-dinja li tuża l-Internet jew tabbona għal servizzi ta’ notifika bl-Internet.
B. Servizzi elettroniċi tal-Bauhaus Ewropew Ġdid
Id-data personali tiegħek tista’ tiġi aċċessata biss mill-persuni awtorizzati u mis-siti interni tal-Kummissjoni:
- L-amministraturi tas-sistema tas-servizzi elettroniċi għandhom aċċess għall-kategoriji kollha tad-data. Dan jinkludi l-istaff tal-Kummissjoni responsabbli mit-twettiq ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar u lill-istaff awtorizzat skont il-prinċipju tal-“ħtieġa ta’ tagħrif”. Tali staff jirrispetta ftehimiet statutorji, u fejn ikun meħtieġ, ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità.
- F'każ ta’ inċident tas-sigurtà, id-data ta’ sigurtà/log files u l-indirizz tal-IP jistgħu jiġu kondiviżi mal-Uffiċjal Lokali tas-Sigurtà tal-Informazzjoni (LISO) tal-JRC u d-dipartimenti tal-Kummissjoni responsabbli mis-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni DIGIT.S u HR.DS (DPO-3783-2 DIGIT Operazzjonijiet ta’ ċibersigurtà).
- Id-data li ġejja se tkun aċċessibbli għall-amministraturi tas-sistema:
- Informazzjoni ta’ Kuntatt: isem u/jew kunjom, sit web personali u/jew professjonali, profil tal-media soċjali personali u/jew professjonali.
- Informazzjoni demografika: lingwa li tippreferi, lingwa prestabbilita.
- Edukazzjoni, informazzjoni professjonali: pożizzjoni u/jew titolu tal-impjieg/funzjoni f’organizzazzjoni.
- Kontenut tal-Utent: deskrizzjonijiet qosra u klassifikazzjoni ta’ proġetti, ideat u sfidi assoċjati rilevanti għall-Bauhaus Ewropew Ġdid.
- L-apparat tiegħek: indirizz tal-Protokoll tal-Internet (IP).
- Ebda kategorija ta’ data personali mhi se tkun disponibbli għal utenti esterni jew interni oħra.
Id-data personali tista’ tiġi kkomunikata lil Cognitive Edge Pte. Ltd., kuntrattur estern li jassisti lill-Kummissjoni biex tissodisfa l-objettiv li għalih hi mmaniġġjata d-data. Il-kuntratturi tal-Kummissjoni huma marbuta bi klawsola kuntrattwali speċifika għal kwalunkwe operazzjoni ta’ pproċessar f’isem il-Kummissjoni, u b’obbligi ta’ kunfidenzjalità li jirriżultaw mit-traspożizzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data fl-Istati Membri tal-UE (“RĠPD”)
L-informazzjoni li niġbru mhu se tingħata lil ebda parti terza, ħlief sal-punt u għall-fini li nistgħu nkunu meħtieġa li nagħmlu dan bil-liġi.
Inti għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari d-dritt li taċċessa, tikkoreġi jew tħassar id-data personali tiegħek u d-dritt li tillimita l-ipproċessar tad-data personali tiegħek. Meta applikabbli, għandek id-dritt ukoll li toġġezzjona għall-ipproċessar jew id-dritt għall-portabbiltà tad-data.
Inti tajt il-kunsens tiegħek li tipprovdi d-data personali tiegħek lill-JRC.01 għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar. Tista’ tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tinnotifika lill-Kontrollur tad-Data. L-irtirar mhux se jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar imwettaq qabel ma tkun irtirajt il-kunsens.
Tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-Proċessur/Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tindirizza wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom tinsab fl-Intestatura 9 hawn taħt.
Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ operazzjoni ta’ pproċessar speċifika waħda jew aktar, fit-talba tiegħek ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri r-referenza/i tar-Rekord tagħhom kif speċifikat fl-Intestatura 10 hawn taħt).
Il-Proċessur tad-Data u l-Kontrollur tad-Data
Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek xi kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tressaq ilment rigward il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, ikkuntattja
lill-Proċessur tad-Data: EC-NEW-EUROPEAN-BAUHAUSec [dot] europa [dot] eu (EC-NEW-EUROPEAN-BAUHAUS[at]ec[dot]europa[dot]eu)
lill-Kontrollur tad-Data: JRC-ICT-ARCHITECT-OFFICEec [dot] europa [dot] eu (JRC-ICT-ARCHITECT-OFFICE[at]ec[dot]europa[dot]eu).
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni
Tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (DATA-PROTECTION-OFFICERec [dot] europa [dot] eu (DATA-PROTECTION-OFFICER[at]ec[dot]europa[dot]eu)) dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)
Għandek id-dritt tirrikorri (jiġifieri tista’ tressaq ilment) għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edpsedps [dot] europa [dot] eu (edps[at]edps[dot]europa[dot]eu)) jekk jidhirlek li nkisru d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek mill-Kontrollur tad-Data.
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar kollha tad-data personali mill-Kummissjoni, li jkunu ġew iddokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa r-reġistru permezz tal-link li ġej: http://ec.europa.eu/dpo-register.
Din l-operazzjoni ta’ pproċessar speċifika ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-Referenza tar-Rekord li ġejja: DPR-EC-00406 - Servizzi elettroniċi fis-siti web tal-JRC